Il-Formula 1 ħabbret li l-Grand Prix ta’ Emilia Romagna fiċ-ċirkwit ta’ Imola tħassret minħabba l-maltemp li ħakem lir-reġjun fl-aħħar jiem.
L-awtoritajiet Taljani kif ukoll l-organizzaturi tal-Grand Prix qablu li m’huwiex sigur li din il-Grand Prix isseħħ minħabba l-għargħar li ħakem l-Italja, fejn tal-inqas tmien persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 5,000 ruħ ġew evakwati minn djarhom, fir-reġjun ta’ Emilia Romagna.
Il-Grand Prix mhux mistennija li ssir dan l-istaġun minħabba l-iskeda li ma tagħtix flessibilita li ssir f’data oħra.
//= $special ?>