Lokali

Il-Kurja tgiddeb dikjarazzjonijiet dwar l-Arċisqof

Fi stqarrija maħruġa mill-Kurja, intqal illi f’blog riċenti fuq il-website tiegħu, Simon Mercieca, li huwa Professur tal-Istorja fl-Università ta’ Malta, allega li l-Arċisqof Charles Scicluna hu membru tal-Opus Dei. Minn naħa tagħha, l-Kurja saħqet li dan hu totalment falz.

“Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet qarrieqa li għamel Prof. Mercieca, l-Arċisqof Charles Scicluna mhuwiex, u qatt ma kien, membru tal-Opus Dei.”