Lokali Saħħa

“Il-patt imxajtan li Robert Abela baqa’ jipproteġi”

Wara dak li ġie żvelat dalgħodu dwar id-deal tal-isptarijiet, il-Kap tal-PN Bernard Grech insista li Malta jixirqilha aħjar. Bil-Kap tal-PN jinsisti li l-Prim Ministru baqa’ jipproteġi dan il-patt imxajtan.

Bernard Grech, fuq il-media soċjali, kiteb hekk:

“Serquna. Serqu lill-poplu u l-isptarijiet. L-istorja żvelata dalgħodu li Joseph Muscat ħa l-flus minn VGH Europe hija skandaluża. Min kien jaf dwar dan is-serq, min baqa’ jipproteġi dan is-serq huwa kompliċi wkoll. Robert Abela huwa parti mill-akbar frodi li seħħ f’pajjiżna. Dan hu l-patt imxajtan li Robert Abela baqa’ jipproteġi. Illum grazzi għax xogħol li wettqu numru ta’ ġurnalisti għandna prova oħra kif dan id-deal kellu wkoll tixħim. Malta jixirqilha aħjar. Dan irid jieqaf. Int magħna tista’ twaqqaf dan kollu. Illejla niltaqgħu quddiem il-Parlament.”