Investigazzjoni li saret minn ġurnalisti Maltin flimkien mal-OCCRP żvelat il-pjan li kellu l-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex jixtri lill-club Ingliż ta’ Crystal Palace – wieħed mill-aktar clubs stabbiliti fil-Premier Ingliż.
Skont it-Times u l-partners tagħhom internazzjonali, Muscat kien involut fi trattattivi biex il-kumpanija Accutor – li qabel kienet VGH Europe – takkwista lil Crystal Palace. Dan il-pajn kien qed jitmexxa minn Wsay Bhatti, għalkemm eventwalment it-trattattivi fallew.
Wasay Bhatti, is-sid ta’ Accutor, kien il-persuna li qabbad lil Muscat biex jagħtih konsulenza.
Meta kkuntatjat mit-Times, Joseph Muscat ikkonferma li kien imdaħħal f’dawn it-trattattivi biex jixtru lil Crystal Palace, għalkemm qal li daħal fiha “lejn l-aħħar”.
Is-sena li għaddiet Joseph Muscat kien tpoġġa fit-tmexxija tal-Malta Professional Football Clubs Association.
//= $special ?>