Lokali

Il-PN jibqa’ impenjat kontra d-diskriminazzjoni fuq persuni omosesswali, bisesswali u transesswali

Fil-Jum Internazzjonali Kontra d-Diskriminazzjoni fuq Persuni Omosesswali, Bisesswali u Transesswali, il-Partit Nazzjonalista jtenni l-impenn tiegħu biex f’pajjiżna jonqos il-preġudizzju lejn persuni ta’ orjentazzjoni sesswali diversi u identitajiet tal-ġeneru.

Dan intqal fi stqarrija mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Graziella Attard Previ u Claudette Buttigieg kif ukoll mill-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista.

Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista japprezza li f’Malta għandna liġijiet tajbin li jħarsu lil dawn il-persuni, jemmen li baqa’ ħafna xi jsir biex il-poplu kollu jifhem li kulħadd għandu jkollu l-libertà li jgħix ħajtu kif jixtieq. Għalhekk, jemmen fit-tixrid tal-edukazzjoni u fl-importanza li l-liġijiet ma jibqgħux kliem fuq il-karta, iżda jitwettqu bil-fatti.

Għall-Partit Nazzjonalista, mhux biżżejjed li jkollok l-aqwa liġijiet meta diversi persuni, xorta ma jħossuhomx komdi li jgħixu ħajjithom b’mod miftuħ.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni li f’Malta, jeħtieġ li sseħħ qabża fil-mentalità, fejn tassew kull persuna tħossha kburija biha nnifisha, aċċettata kif inhi, irrispettata dejjem u fejn l-imħabba tirrenja. Il-persekuzzjoni ta’ min hu ‘differenti’ mill-maġġoranza, anke jekk sottili, ma tista’ qatt tkun aċċettata.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-impenn tiegħu li jibqa’ jaħdem ma’ dawk kollha involuti biex jassigura soċjetà tassew inklussiva