Futbol Sport

L-FA tissospendi lill-captain ta’ Brentford Ivan Toney

L-FA issospendiet lill-captain ta’ Brentford Ivan Toney wara li ammetta li kiser ir-regoli tal-assoċjazzjoni għal aktar minn 232 darba, fejn nvolva ruħu f’bettting fuq il-futbol. Toney huwa sospiż għall-tmien xhur sa Jannar tal-2024 u kien immultat 50,000 sterlina.

Is-sospensjoni ta’ Toney tibda b’effett immedjat u se jkun qed jitlef l-aħħar żewġ partiti tal-istaġun kontra Tottenham u Manchester City, fl-aħħar ġurnata tal-istaġun. Il-kumissjoni regulatorja independenti li sabet lil Toney ħati, imponiet s-sanzjonijiet fuq l-attakkant Ingliż u mhux se jitħalla jitħarreġ mal-kumplament tat-tim sas-17 ta’ Settembru.