Il-preżentatur ta’ One Radio Manuel Cuschieri qed isejjaħ lil-Laburisti sabiex illejla jinġabru quddiem l-Uffiċċju tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat bħala solidarjetà wara l-informazzjoni li kienet żvelata iktar kmieni llum.
Huwa fatt magħruf li Cuschieri huwa ħabib kbir ta’ Muscat u dejjem ħareġ għonqu għalih. Tant li s-sena li għaddiet twaqqaf milli jippreżenta programm politiku fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista.
Filfatt f’Diċembru li għadda Manuel Cuschieri kien stqarr illi tkeċċa minn fuq One Radio għax ħareġ għonqu għall-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat fejn minħabba f’hekk Robert Abela tajjarlu rasu.
//= $special ?>