B’solidarjetà mal-popli milquta mit-terremot qalil, li ħakem inħawi tat-Turkija u s-Sirja fi Frar li għadda u ħalla mwiet u tifrik kbir, id-Djoċesi ta’ Għawdex, permezz tal-Uffiċċju Caritas, fl-istess xahar nediet kampanja ta’ ġbir ta’ flus fil-parroċċi u l-knejjes kollha tagħha.
Grazzi għall-ġenerożità kbira tal-komunitajiet Insara ta’ din il-Gżira, inġabret is-somma ta’ €65,000 li, proprju din il-ġimgħa, intbagħtet lill-Uffiċċju tal-Karità tal-Papa (l-Elemożinerija Appostolika) fil-Vatikan.
Grazzi tassew lil dawk kollha li taw minn qalbhom din l-għajnuna finanzjarja.
//= $special ?>