Il-Gvern Laburista huwa gvern korrott fejn il-Prim Ministru Robert Abela għadu sal-lum jipproteġi l-akbar skandlu li qatt seħħ f’pajjiżna.
F’indirizz li għamel lin-nazzjon wara li kienet żvelata l-aħbar li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat irċieva eluf ta’ flus minn konsulenzi mill-VGH, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li issa nafu aħjar għaliex il-Prim Ministru Robert Abela kien u għadu qed jiddefendi d-deal korrott li ġie ffirmat mill-Gvern Laburista. B’Muscat daħħal b’kollox fil-but tiegħu man-nofs miljun ewro f’konsulenzi.
Bernard Grech qal li dawn huma fatti ċari u konkreti u quddiem dan kollu l-poplu qed ikun imsejjaħ biex illejla jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista quddiem il-Parlament fis-6pm u jsemma leħnu sabiex ikollna pajjiż nadif mill-korruzzjoni.