Balzan rebħu l-finali tal-Community League organizzat mill-Malta Blackball Federation meta f’finali oħra ferm interessanti għelbu lil Valletta Fossa Boys 11-8. L-ewwel parti tal-partita kien kollu favur il-Balzan li rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet tant li fetħu vantaġġ ta’ 7-3 . Madankollu fit-tielet sessjoni, Valletta Fossa Boys wettqu reazzjoni tant li f’ħin minnhom marru viċin b’distakk ta’ frame 8-7.
Balzan tjiebu ferm fl-aħħar parti tal-partita hekk kif rebħu tliet frames biex żammew distakk sostanzjali u għalqu l-partita bl-iskor finali ta’ 11-8.
Sadanittant Balzan, Valletta Fossa Boys, Tim D Hamrun 147 u Zejtun Domus Kids kisbu l-promozzjoni għar-Regional League.
//= $special ?>