L-eks Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu preżenta rikors fil-Qorti fejn talab lill-Maġistrat Gabriella Vella tirrikuża ruħha mill-Inkjesta dwar l-isptarijiet sabiex din tgħaddi f’idejn ġudikant ieħor.
Muscat ħabbar fuq Facebook illi għamel din it-talba, skont hu, sabiex veru “issir ġustizzja”.
B’hekk, hu qed juża l-istess tattika ta’ Robert Abela illi issa ilu xhur sħaħ jattakka u jitfa’ dubji fuq il-ġudikatura.
Muscat minn naħa tiegħu stqarr illi kien ilu jirreżisti dan il-pass “għax ridt nagħti l-benefiċċju tad-dubju, iżda l-mossi sfaċċati ta’ dawn l-aħħar jiem tellfuli kull fiduċja li seta’ kelli f’dan il-proċess.”
L-eks Mexxej Laburista stqarr li anke jekk ikun waħdu, se jibqa’ jiġġieled.