Sport Sport Ieħor

Boċċi: Jitkomplew il-kampjonati tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

L-Erbgħa tkompla l-Kampjonat Nazzjonali tal-Bocci tat-Tieni u Tielet Divizjoni

It-Tieni Diviżjoni

Wara s-sitt ġurnata, Bormla, Luqa u Żabbar jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika bl-istess ammont ta’ punti.

It-tim ta’ Luqa laqgħu ġewwa il-pitch tagħhom lil-Żabbar, fejn fl-logħba mill-aktar interesanti Luqa ħarġu rebbieħa 21 ma 7 kontra ż-Żabbarin, fejn sal-ħames ġurnata dawn tal-aħħar kienu qegħdin weħidhom fl-ewwel post tal-klassifika u bit-telfa tal-bieraħ ġew milħuqa mill-istess Luqa, biex issa tliet timijiet għandom 5 punti kull wieħed fl-ewwel post.

Tim ieħor li qiegħed fl-ewwel post mat-timijiet ta’ Luqa, u Żabbar huwa dak ta’ Bormla fejn l-Erbgħa ħarġu rebbieħa kontra t-tim tal-Mosta 21 ma 2.

Konfront ieħor interesanti kienet dak bejn iż-żewg timijiet li kellhom 3 punti kull wieħed, Cospicua Rangers u Thalassalejn.

It-tim ta’ Thalassalejn ħarġu rebbieħa barra min darhom kontra t-tim ta’ Cospicua Rangers 21 ma 12, biex issa Thalassalejn għandom 4 punti daqs Floriana.

Tarxien ħargu telliefa kontra Floriana 21 ma 3, biex issa t-tim Furjaniz għandu 4 Punti, u ħallew lit-tim ta’ Tarxien bi 3 punti daqs Cospicua Rangers u Żejtun.

Żejtun ħarġu rebbieħa 21 ma 5 konra Santa Luċija, biex iż-Żwieten issa għandom 3 punti ukoll daqs, Tarxien u Cospicua Rangers.

Santa Luċija għadhom bla ebda punt, flimkien mat-tim ta’ Mosta li wkoll għandom qed jistenew l-wwwel rebha dan l-istaġun.

Fl-aħħar nett, Kalkara ħarġu telliefa kontra t-tim ta’ Fgura 21 ma 8, biex issa għandom 2 punti daqs it-tim ta’ Kalkara.

● RIŻULTATI TAT-TIENI DIVIŻJONI ●

Luqa 21-7 Zabbar

Cospicua R 12-21 Thallasalejn

Floriana 21-3 Tarxien

Kalkara 8-21 Fgura

Mosta 2-21 Bormla

Santa Lucija 5-21 Zejtun

It-Tielet Diviżjoni – Santa Venera u San Ġwann fl-ewwel post

Pietà ħargu rebbieħa barra min darhom kontra Qormi San Ġorg 21-17, f’logħba kumbatuta għall-aħħar, biex issa Pietà għandom 4 punti.

Ħamrun ħargu telliefa ġewwa darhom kontra San Ġwann 21-14. Ħamrun u Qrendi issa għandom 3 punti kull wieħed.

Qrendi ħargu telliefa kontra Santa Venera 12-21.

Isla kellhom jitħabtu biex jakwistaw rebħa kontra M’Skala, fejn ħargu rebbieħa 21-18. Isla u Qormi S.Ġ għandom 2 punti kull wieħed.

It-tim ta’ Marsaskala għadom bla ebda punt.

● RIZULTATI TAT-TIELET DIVIZJONI ●

Qormi S.Ġ 17-21 Pietà

Hamrun 14-21 San Gwann

Qrendi 12-21 Santa Venera

Isla 21 21-18 M’Skala