Pascal Ackermann ta’ UAE Team Emirates rebaħ il-11-il stadju tal-Giro D’Italia, b’Jonathan Milan ta’ Bahrain Victorius jtemm fit-tieni post filwaqt li Mark Cavendish ta’ Astana Qazaqstan jidħol fit-tielet post.
Intant il-Brittaniku Geoghegan Hart kellu inċident, b’Geraint Thomas u Primoz Roglic ukoll ikunu nvoluti f’inċident u ma temmewx it-tellieqa.
Geoghegan Hart, li rebaħ il-Giro D’Italia fl-2020, kien ħames sekondi wara l-komptarijott Thomas fil-klassifika overall, hekk kif kien fadal biss 70 kilometru fit-tellieqa, qabel kellu jittieħed l-isptar bl-ambulanza.
//= $special ?>