GREE Sliema Hotsticks se jkunu qed jipparteċipaw fit-tieni diviżjoni tal-Euro Hockey Challenge League li se jsir f’ Kirkrareli fit-Turkija bejn is-26 u d-29 ta’ Mejju.
Sliema Hotsticks se jilagħbu f’Pool A li fih hemm ukoll Hockey Club Luxembourg, SLF Mesaicos tal-Iżvezja u Vantaa Hockey Club tal-Finlandja. Bħalissa Sliema intensifikaw is-sessjonijiet ta’ taħriġ tagħhom taħt il-gwida tal-kowċ Andrew Monaghan fejn f’dawn il-ġranet qed jilagħbu wkoll partiti ta’ ħbiberija.
GREE Sliema Hotsticks jibdew l-impenji tagħhom fis-26 ta’ Mejju meta jilagħbu kontra Vantaa Hockey Club sabiex l-għada jilagħbu kontra Hockey Club Luxembourg.
Fit-28 ta’ Mejju huma jilagħbu l-aħħar partita tal-grupp kontra SLF Mesaikos bit-tama li jiksbu ranking tajjeb għall-partiti importanti li jintlagħabu l-għada fejn ikun deċiż f’liema pożizzjoni jkunu spiċċaw.
GREE Sliema Hotsticks rebħu l-kampjonat fl-istaġun 2021/22 u b’hekk ingħataw id-dritt li jipparteċipaw f’din id-diviżjoni.
//= $special ?>