Internazzjonali

It-Tajlandja: Determinat li jegħleb l-ostakli biex jifforma koalizzjoni

T

Il-Kap tal-Partit riformista li rebaħ l-elezzjoni ġenerali fit-Tajlandja qed iħossu fiduċjuż li jifforma Gvern ta’ koalizzjoni fil-jiem li ġejjin. Dan minkejja li l-militar għadu entità influwenti ħafna fil-pajjiż u kapaċi jagħmel il-bsaten fir-roti lill-amministrazzjoni ġdida permezz tal-Partiti msieħba miegħu li huma rappreżentati fil-Parlament,

Min-naħa tiegħu, Pita Limjaroenrat, li jmexxi lir-riformisti tal-Partit ‘Nimxu ‘il Quddiem’, aċċerta minn alleanza ma’ seba’ partiti oħra li flimkien jikkonfermaw 313 minn fost it-376 voti meħtieġa għal koalizzjoni.

‘Il fuq minn 36 fil-mija tat-Tajlandiżi vvutaw lill-Partit ta’ Limjaroenrat bi sfida għall-amministrazzjoni nazzjonali xprunata mill-Armata u li mexxiet lill-pajjiż matul l-aħħar disa’ snin

Iżda dan il-partit riformista mhux iggarantit li jiggverna skont  l-aġenda tiegħu minħabba l-formazzjoni tal-Parlamenf f’Bangkok. Dan meta l-Parlament Tajlandiż jikkonsisti minn 500 deputat elett fil-kamra t’isfel tal-Assemblea u 250 membri mhumiex eletti fis-Senat u li huma maħturin mill-militar tat-Tajlandja.