Futbol Sport

Leonardo Bonucci se jirtira fi tmiem l-istaġun li ġej

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci ħabbar li se jkun qed jirtira fi tmiem tal-istaġun li ġej, fl-2024. Id-difensur internazzjonali Taljan rebaħ tmien darbiet is-Serie A ma’ Juventus u lagħab 500 partita għall-Bianconeri. Id-difensur ta’ 36 sena irrappreżenta lill-Italja għal 120 darba u kien parti integrali mit-tim Taljan li rebaħ il-Euro 2020 fl-Ingilterra. Hu stqarr li kienet ħolma li saret realta’ li jilbes il-flokk ta’ Juventus għal tnax-il sena.

Bonucci beda l-karriera tiegħu ma’ Inter fl-2005 u rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-2005/06. Id-difensur lagħab ukoll għal Treviso, Pisa, Genoa u Bari qabel ma ngħaqad ma’ Juventus fl-2010, fejn ifforma parti mit-trio ta’ difensuri, flimkien ma’ Giorgio Chiellini u Andrea Barzagli.