Newcastle United ikkonsolidaw it-tielet post fil-klassifika b’rebħa meritata kontra Brighton ta’ 4-1.
Newcastle marru fil-vantaġġ wara 22 minuta permezz ta’ auto-goal ta’ Deniz Undav li xeħet fix-xibka tiegħu stess b’daqqa ta’ ras meta pprova jikklerja l-periklu.
Id-difensur ċentrali Dan Burn kien l-awtur tat-tieni gowl meta sab ix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat ma’ Newcastle ftit miuti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’daqqa ta’ ras.
Brighton irnexxielhom jiksbu gowl lura fil-51 minuta meta Deniz Undav din id-darba sab ix-xibka tal-avversarji minn pass preċiż ta’ Billy Gilmour.
Newcastle kabbru l-vantaġġ fid-89 minuta b’din id-darba l-attakkant Callum Wilson iniżżel ismu mal-iskorers minn pass tal-midfielder avvanzat Almiron.
Il-Magpies issiġilaw ir-rebħa ftit minuti wara permezz ta’ gowl mill-midfielder Brażiljan Bruno Guimaraes li għeleb lil goalkeeper Steele b’konklużjoni kalma minn pass ta’ Wilson.
//= $special ?>