Membru tal-ISIS li wettaq l-akbar attakk terroristiku fi New York wara t-terrur storiku ta’ Settembru tal-2001 ingħata sentenzi konsekuttivi ta’ ħabs għal għomru, bl-Imħallef jinfurmah li ‘se jiskonta ħajtu kollha f’ċella ta’ ħabs’.
L-imputat, Sayfullo Saipov, fl-2017, kien qatel tmienja meta saq trakk lejn in-nies li kienu mexjin fi triq ta’ Manhattan ( fi New York) – u meta mal-vittmi kien hemm anki xi ċiklisti.
Saipov ingħata b’kollox għaxar sentenzi ta’ priġunerija għal għomru – bi tmienja se jkunu skuntati b’mod konsekuttiv u minbarra li hu weħel ukoll sentenza oħra ta’ ħabs għal 260 sena.
Meta nqralu l-verdett, fil-preżenza tal-qraba tal-vittmi tiegħu, it-terrorista, li għandu 35 sena, baqa’ ma weriex rimors – lanqas għall-kumment tal-Imħallef li hu, b’azzjonietu, kien ‘qered il-ħajja ta’ ħafna familji’.
//= $special ?>