Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Daniel Bajada jegħleb lil Conrad Puli u jirbaħ is-Senior Ranking Event

Daniel Bajada rebaħ is-Senior Ranking Event organizzat mill-Malta Table Tennis Association meta fil-finali għeleb lil Conrad Puli 3-0.

Bajada ddomina għal kollox din il-finali minkejja l-isfida ta’ Puli li iżda ma’ kienetx biżżejjed sabiex ikun aktar fil-partita. Iż-żewġ plejers waslu għal din il-finali wara li Daniel Bajada għeleb lil Andrew Gambina 3-2 f’logħba ferm missielta filwaqt li Conrad Puli għeleb lil Isaac Grixti 3-1.

Ħamsin plejer ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni fejn fl-ewwel ġurnata sar il-logħob ta’ kwalifikazzjoni sabiex eventwalment il-plejers li għaddew marru għall-fażi tan-Knock-Out.