Sport Sport Ieħor

Tennis: Djokovic eliminat minn Holger Rune fl-Open ta’ Ruma

(Ritratt: EPA)

L-eks numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic ġie eliminat mill-Open ta’ Ruma mid-Daniż Holger Rune b’riżultat ta’ 6-2, 4-6, 6-2. Għal Djokovic, din kienet l-aktar eliminazzjoni bikrija fl-Open ta’ Ruma sa mill-2013, fejn ġie eliminat fil-kwarti finali.

Djokovic kien qed jittama li jirbaħ is-seba’ titlu tiegħu fil-kapitali Taljana bi preparazzjoni għar-Roland Garros li se jibda fit-28 ta’ Mejju. Is-seed numru sebgħa Rune, li għandu 20 sena, se jiltaqa’ kontra in-Norveġiż Casper Ruud fir-round li jmiss.

Il-preprazzjoni ta’ Djokovic għall-Open ta’ Franza kienet mtappna b’injury fil-minkeb li żammitu barra mill-Open ta’ Madrid. Is-Serb ta’ 36 sena, se jkun qed iħares li jirbaħ it-23 Grand Slam tal-karriera u jaqbeż lil Rafael Nadal għall-aktar Grand Slams mirbuħa ta’ kull żmien.