Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Imħabbra l-iskeda għall-Yachting Malta Race Week

Yachting Malta ħabbret l-iskeda t’avvenimenti għall-Yachting Malta Race Week, li se jsir bejn id-19 u t-28 ta’ Mejju.

L-għan tal-Yachting Malta Race Week hija li tagħti l-opportunità lil uħud mit-talent eżistenti ta’ Malta u atleti promettenti fid-dinghy, keelboat, one design class SB20s u kif ukoll powerboats. Il-Yachting Malta Race Week qed tiġi ospitata flimkien ma’ Voomquest Powerboat Racing, ir-Royal Malta Yacht Club, Vikings Sailing Club, Yachting Malta, taħt l-awspiċji tal-Union Internationale Motonautique u l-Malta Sailing Federation rispettivament.

Il-programm t’avvenimenti se jibda bl-ewwel Grand Prix tal-kampjonati tad-dinja Voomquest Enemed UIM V2. It-tlielaq mistennija jsiru fi tmiem il-ġimgħa barra x-xatt ta’ Tas-Sliema u żewġ Klassijiet – V2 u 3D ser jkunu qedin jtellqu barra mix-xatt. Fl-istess ħin ir-Royal Malta Yacht Club se jkun qed jospita sensiela ta’ tlieliaq li jsiru madwar u viċin tal-kosta. It-tlielaq huwa ppjanat li jsir tul il-kosta tal-Kalkara.

Minbarra dawn l-avvenimenti, ir-Royal Malta Yacht Club u l-Vikings Sailing Club ingħaqdu biex jospitaw l-inizjattiva globali World Sailing – Steering the Course, biex tattira aktar nisa lejn l-ibburdjaru se ssir mit-23 sal-25 ta’ Mejju.

Il-Yachting Malta Race Week tintemm bil-Veuve Clicquot Linosa Race. Otra Vez ta’ Aaron Gatt Floridia stabbilixxa l-ewwel Rekord IRC (fuq Ħin Korrett) f’ħin ta’ 36 siegħa 41 minuta 51 sekonda.

Diversi jottijiet se jkunu qed jipprovaw jegħlbu r-rekord nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju.