Lokali Saħħa

In-nuqqas ta’ mediċini qed jibqa’ jkun ta’ detriment fuq saħħet il-pazjenti tal-kanċer

Minkejja l-assigurazzjoni tal-Gvern li se jkun hawn mediċini għal kulħadd, qed tkompli tippersisti l-problema ta’ mediċini out of stock – problema li qed taffettwa lil kulħadd; minn żgħażagħ sa anzjani.

Dan hekk kif issa dan in-nuqas ta’ mediċini qed iħalli l-impatt tiegħu fuq il-pazjenti tal-kanċer li jkunu qed jieħdu t-trattament tal-chemo fosthom dawk li għandhom lukimja.

Persuni li tkellmu ma’ Net News qasmu magħna t-tħassib tagħhom hekk kif dan in-nuqqas ta’ mediċini qed ikun ta’ detrimnent fuq is-saħħa tal-qraba tagħhom. Bl-uniku risposta li qed jingħataw hija sabiex ikellmu lill-Ministeru tas-Saħħa.

Pazjenta li tbati mil-lukimja kellha twaqqaf il-chemo ħesrem minħabba li meta marret għat-trattament reġgħu bagħtuha lura d-dar peress li din il-mediċina kienet out of stock. 

Il-pazjenti tal-lukimja jiddependu fuq dan it-trattament; u għalhekk huwa dritt tagħhom li jkunu jafu x’se jiġri u meta din il-mediċina se tkun disponibbli sabiex ikunu jistgħu jkomplu bit-trattament tagħhom. Għaliex jekk dan ma jsirx jista’ jkun li jaslu f’sitwazzjoni li dawn il-pazjenti jispiċċaw bejn ħajja u mewt minħabba nuqqas minn naħa tal-Gvern. 

Bosta persuni qed jistaqsu x’inhi r-raġuni għala mhux qed isir kuntatt mas-suppliers ta’ dawn il-mediċni sabiex għallinqas jkunu jafu meta dawn il-mediċini se jerġgħu jkunu disponibbli.

U quddiem din is-sitwazzjoni, il-Ministru responsabbli minn dan is-settur Chris Fearne mhu qed jagħti l-ebda informazzjoni għaliex din il-mediċina, f’pajjiżna tinsab nieqsa, meta hija disponibbli fis-swiet barra minn xtutna. Problema oħra hija relatata mal-fatt li wieħed…sa ftit ilu… seta’ jaċċessa l-lista ta’ mediċini li jinsabu out of stock minnn fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa. Iżda issa għal xi raġuni mhux magħrufa din il-lista m’għadhiex aċċessibbli.