Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bejn żewġ karozzi u mutur

Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn żewġ karozzi u mutur.

L-inċident seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tal-4:15 fi Sqaq San Anard, iż-Żejtun.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Fiat 500 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Wied il-Għajn, Toyota Tercel misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti ż-Żejtun, u mutur Honda misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.