Colin Schembri
Hibernians………..64
Starlites Blue…….72
(15-11)(18-20)(10-21)(21-20)
L-aħħar kampjonat li ntrebaħ fil-court prinċipali kien dak tal-irġiel ta’ taħt id-dsatax-il sena, li mar għat-tielet finali bejn Hibernians u Starlites Blue. Wara li Hibs rebħu l-ewwel finali 66-55, Starlites rebħu t-tieni waħda 73-53 u t-tielet finali kienet missielta għalkemm Starlites kellhom mument importanti lejn tmiem it-tielet taqsima li tahom vantaġġ li żammew fl-aħħar waħda minkejja l-isforzi ta’ Hibs li tħabtu biex isalvaw il-partita. Il-finali bdiet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għal parita ta’ 5-5 fejn Hibs kellhom il-punti ta’ Neil Cassar fil-waqt li Sebastien Pace, Adam Azzopardi u Louie Farrugia wieġbu għal Starlites li komplew b’sitt punti oħra għal vantaġġ ta’ sitt punti 11-5. Hawn Hibs irrispondew bi break ta’ 10-0 fejn Luke Attard kellhu 8 punti b’żewġ trippli biex temmew l-ewwel sessjoni 15-11 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm risposta minn Starlites fosthom bi trippla ta’ A. Azzopardi f’run ta’ 11-1 li rathom jieħdu l-vantaġġ 22-16. Hibs ma ċedewx u punti konsekuttivi minn Luca Borg u trippla oħra ta’ Attard poġġiethom fuq quddiem 29-22. Starlites reġgħu naqqsu d-distakk b’punti konsekuttivi minn Isaac Azzopardi però sa’ tmiem is-sessjoni Hibs irnexxielhom iżommu vantaġġ ta’ basket 33-31.
Wara l-intervall, baskets minn Borg u Gabriel Cassar ħallew lil Hibs fuq quddiem għal xi ħin però Starlites wieġbu b’żewġ trippli konsekuttivi minn Sean Aquilina biex ħadu l-vantaġġ. Hibs marru għall-aħħar darba fil-vantaġġ bil-punti ta’ Borg però hawn waslet run ta’ 13-2 minn Starlites mibdijha minn trippla ta’ JJ Dimech u spiċċċaw it-taqsima disgħa minn fuq 52-43. Fl-aħħar sessjoni Hibs għamlu sforz qawwi biex jirkupraw il-partita speċjlament bid-determinazzjoni ta’ Luca Borg li kellhu diversi punti. Minkejja dan, Starlites ukoll bdew jirrispondu fosthom bi trippla ta’ Pace flimkien ma’ Louie Farrugia u Aquilina biex żammew lill-avversarji ‘l bogħod biżżejjed biex jieħdu r-rebħa fuq skor finali ta’ 72-64. Fi tmiem il-partita il-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil Marco Farrugia, captain ta’ Starlites li ċċelebraw ir-rebħ ta’ dan il-kampjonat. Minn naħa l-oħra Depiro rebħu l-kampjonati ta’ taħt l-erbatax -il sena kemm fis-subien kif ukoll tal-bniet.
Hibernians: Neil Cassar 10, Zaine Fenech, Shaun Borg, Daniele Brincat Dowdall, Matthew Bezzina, Luca Borg 27, Luke Attard 15, Stefan Simic 5, Quang Vinh Nguyen, Gabriel Cassar 5.
Starlites Blue: Sean Aquilina 11, Sebastien Pace 8, Kai Fabri, Adam Azzopardi 18, Isaac Azzopardi 10, Marco Farrugia, Kyle Deguara, Louie Farrugia 16, JJ Dimech 3, Aleksander Sultana 6, Aiden Sammut.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.
//= $special ?>