Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs fuq passaport falz għal Iraqqin

Husam Hamad ta’ 32 sena ta’ nazzjonalità Iraqqina ġie kundannat sitt xhur ħabs mill-Maġistrat Victor Axiaq wara li ammetta li kellu fil-pusses tiegħu passaport Awstraljan falz, liema passaport kien magħmul b’mod professjonali u li swieħ €15,000.

L-Ispettur Hubert Gerada qal li kien  fit-18 ta’ Mejju kienu ċemplu mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta li kien hemm persuna li kellu passaport mhux awtentiku, pero li l-passaport kien ta’ kwalità għolja tant li r-ritratt tiegħu kien ta’ persuna oħra li kif sar ġabitu jixbaħ ħafna lil Hamad.

L-Ispettur qal li Hamad ġie mill-Greċja u li t-tir tiegħu kien li jmur l-Irlanda għax skont hu l-ħajja għar-refuġjati hija ħafna aħjar. Qal li l-passaport xtrah mit-Turkija u li ġie Malta għax min bagħbas kollox qallu li l-aħjar huwa li biex jasal l-Irlanda jitlaq minn Malta. Mistoqsi mill-Qorti dwar kif l-akkużat wasal mill-Greċja, l-Ispettur qal li f’dak il-pajjiż normalment ma jsirux ilverifiki u li skont Hamad ma kellux problemi biex jasal Malta minnn hemm.