Tinfetaħ wirja artistika organizzata mill-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi b’diversi kwadri artistiċi ispirati minn karattri u xenarji Maltin, tal-artist Taljan Gero Urso, fil-Parlament Malti l-Belt Valletta.
Urso, li tant kellu għal-qalbu l-pajjiż Malti li hu figura sinifkattiva tal-arti Taljana tas-seklu għoxrin, pittur magħruf għall-murales u wirtijiet fil-galleriji fi bliet Ewropej.
Il-President tal-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi, fid-diskors tiegħu spjega li l-għan ta’ din il-wirja hu wieħed kulturali u artistiku, wirja ta’ kwadri miġbura minn wirjiet personali fejn wieħed jista’ japprezza x-xogħol u l-ħsibijiet tal-artist Urso.
Fil-ftuħ tal-wirja kienu preżenti fost l-oħrajn il-Kap tal-PN Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, is-Segretarju Generali tal-PN Michael Piccinino, d-deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament ta’ Malta, David Agius, bosta deputati Nazzjonalisti, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Sinjura Amy Indino.
//= $special ?>