Fiorentina u West Ham se jkunu l-finalisti tal-UEFA Conference League li se tintlagħab l-Erbgħa 7 ta’ Ġunju fl-Eden Arena, fi Praga. Fis-semi finali li ntlagħabu l-Ħamis, Fiorentina eliminaw lil Basel wara l-ħin barrani filwaqt li West Ham għelbu lil AZ Alkmaar b’aggregate ta’ 3-1
F’St.Jakob Park, Fiorentina għaddew għall-finali b’gowl fil-ħin barrani fuq aggregate ta’ 4-3. Fil-35 minuta Fiorentina fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Cristiano Biraghi kien Nicolas Gonzalez li għeleb lil Marwin Hitz għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fil-55 minuta minn azzjoni ta’ Andy Pelmard kien Zeki Andouni li għamel l-iskor 1-1. Reazzjoni minn Fiorentina li fit-72 minuta marru fil-vantaġġ b’gowl ieħor minn Nicolas Gonzalez sabiex, bil-partita tmur fil-ħin barrani kien Antonin Barak li għeleb lil Hitz biex poġġa lil Fiorentina fil-finali.
Fl-AFAS Stadium West Ham għelbu lill-Olandiżi ta’ AZ Alkmaar 1-0 u b’aggregate ta’ 3-1.
West Ham għaddew għall-ewwel finali f’kompetizzjoni UEFA wara 47 sena. . Kien Pablo Forlans li għeleb lil Matthew Ryan u kkonsolida l-post fil-finali fis-7 ta’ Ġunju fil-Prauge Eden Arena kontra Fiorentina.
//= $special ?>