Minkejja l-ispekulazzjonijiet fl-aħħar ġimgħat li seta’ jħalli lil Real Madrid, il-kowċ Taljan Carlo Ancelotti kkonferma li se jkun qed jagħmel staġun ieħor fit-tmexxija tal-klabb Spanjol.
Fl-aħħar ġimgħat, Ancelotti kien fost l-ismijiet li setgħu jieħdu f’idejhom it-tmexxija tat-tim nazzjonali tal-Brażil. Ilbieraħ, Ancelotti kellu laqgħa mal-President ta’ Real Madrid Florentino Perez fejn wera x-xewqa li Ancelotti jibqa’ jmexxi lill-klabb minkejja l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League aktar kmieni din il-ġimgħa.
Taħt Ancelotti, Real Madrid rebħu kull unur possibli fosthom il-UEFA Champions League għal rekord ta’ 14-il darba. Ancelotti kkonferma wkoll li l-player Luka Modric, Toni Kross u Karim Benzema se jkunu qed iġeddu l-kuntratt tagħhom ma’ Real Madrid. Real Madrid jinsabu wkoll viċin li jakkwistaw lill-midfielder ta’ Borussia Dortmund Jude Bellingham.
//= $special ?>