Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Rubio jirbaħ it-13-il tappa tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

Einar Rubio rebaħ it-13-il tappa tal-Giro d’Italia, filwaqt li Geraint Thomas żamm il-flokk roża ta’ leader tal-Giro.

It-tappa tal-bieraħ kienet modifikata minħabba l-maltemp qalil li laqat ir-reġjun tal-Emilia Romagna. Fil-bidu tal-ġimgħa diġa’ kien hemm tibdil f’din ir-rotta iżda l-bieraħ filgħodu stess dan it-tibdil kompla jikber fejn prattikament il-korsa tnaqqset bin-nofs, fejn minn total ta’ 199 km it-tul tat-tappa niżel għal 80 km biss.

It-tluq kellu jsir minn Borgofranco iżda ċiċklisti rikbu fil-karozzi fejn kienu trasferiti għall-Iżvizzera minn fejn telqet din it-tappa.

Tliet ċiklisti fosthom ir-rebbieħ tat-tappa kellhom vantaġġ ta’ żewġ minuti fuq il-kumplament tal-grupp u fl-aħħar metri Rubio kiseb ir-rebħa.

Il-Giro jkompli llum minn Sierre sa Cassano Magnano fuq distanza ta’ 193km.

(Ritratt: EPA)