Basketball Sport

Miami Heat b’vantaġġ ta’ 2-0 fuq Boston Celtics

Fil-play-offs tal-NBA, Miami Heat fetħu vantaġġ ta’ 2-0 fuq Boston Celtics meta fit-tieni partita għelbuhom bl-iskor ta’ 111-105. Il-protagonista f’din il-partita kien il-player ta’ Miami Heat Jimmy Butler li skorja 27 punt.

Miami Heat kienu qed jitilfu bi 11-il punt fl-aħħar quarter qabel ma rebħu din is-sessjoni 20-9 biex dawwru l-iskor favur tagħhom b’Butler jiskorja 9 punti fl-aħħar sessjoni.

F’kummenti wara l-partita Butler qal li l-argument li kellu ma’ Caleb Martin għenu sabiex itejjeb il-prestazzjoni tiegħu f’din il-partita.