Futbol Sport

Milan jirkupraw wara li ddiżappuntaw kontra Inter b’rebħa fuq Sampdoria

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio San Siro Milan wettqu reazzjoni wara id-diżapuunt li kellhom matul il-ġimgħa kontra Inter meta għelbu lil Sampdoria bl-iskor kbir ta’ 5-1. Milan fil-vantaġġ wara disa’ minuti permezz ta’ Rafael Leao, Fabio Quagliarella ġab l-iskor indaqs fl-20 minuta. Olivier Giroud skorja darbtejn sa tmiem l-ewwel taqsima għal skor ta’ 3-1. Fit-tieni taqsima, Brahim Diaz għamilhom 4-1 biex Olivier Giroud fit-68 minuta skorja l-hat-trick personali tiegħu

Atalanta f’darhom kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra Verona. Darko Lazovic poġġa lil Verona fil-vantaġġ wara 11-il sena. Davide Zappacosta ġab l-iskor indaqs għal Atalanta bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 1-1. Fit-tieni taqsima t-tim ta’ Gian Piero Gasperini marru fil-vantaġġ permezz ta’ Mario Pasalic, biex fit-62 minuta kien Rasmus Hojlund għamilhom 3-1.

Bologna barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 kontra Cremonese li b’hekk b’din it-telfa ġew kważi matematikament relegati. Il-gowls ta’ Bologna kienu skorjati minn Marko Arnautovic, Lewis Ferguson, Stefan Posch, Ricardo Orsolini u Nicola Sansone. Għal Cremonese naqqas l-iskor Daniel Ciofani.