Futbol Sport

Premier League Ingliż: Manchester City mistennija jkunu kkonfermati champions

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions Ingliżi Manchester City mistennija li jkunu kkonfermati bħala champions tal-Ingilterra għat-tielet sena konsekuttiva meta għada fl-Etihad Stadium jiltaqgħu kontra Chelsea.

Manchester City jistgħu jkunu konfermati champions anki llejla jekk l-eqreb rivali tagħhom Arsenal jonqsu milli jiksbu t-tliet punti kontra Nottingham Forest.
Forest huma fil-bżonn kbir ta’ punti hekk kif qed jissieltu kontra r-relegaazzjoni.

Anki jekk il-Gunners jiksbu t-tliet punti, Manchester City mhux mistennija li jfallu kontra Chelsea biex jaċċertaw mit-tilu.
It-tim immexxi minn Pep Guardiola qed jimmira li jikseb it-treble, ir-rebħ tal-kampjonat, l-FA Cup kif ukoll il-UEFA Champions League.

Manchester City jinsabu wkoll fil-finali tal-FA Cup kontra l-ġirien Manchester United u fil-UEFA Champions jiltaqgħu kontra Inter fil-finali ta’ Istanbul.
Manchester City hu t-tim tal-mument fejn il-wirja li taw nhar l-Erbgħa kontra t-13-il darba champions tal-Ewropa Real Madrid, ħalliet lil ħafna bla kliem.

Fil-logħbiet l-oħra tkompli t-taqtiegħa għall-postijiet fil-UEFA Champions League ta’ staġun ieħor kif ukoll it-taqtiegħa kontra r-relegazzjoni.

Liverpool jibqgħu jittamaw meta jospitaw lil Aston Villa, tim li wkoll qed jittama li jirritorna fl-Ewropa wara diversi snin.

Fin-naħa t’isfel minbarra l-logħba ta’ Nottingham tispikka l-logħba bejn West Ham u Leeds.
Leeds jinsabu ddisprati u kważi relegati u jridu bilfors ir-rebħa f’Londra, rebħa li tista wkoll ma tkunx biżżejjed, kontra tim frisk mis-suċċess fl-Ewropa fejn il-Hammers kisbu post fil-finali tal-UEFA Conference League.

Illum
13:30 Tottenham v Brentford
16:00 Bournemouth v Man U
16:00 Fulham v C. Palace
16:00 Liverpool v A. Villa
16:00 Wolves v Everton
18:30 Nottingham v Arsenal

Għada
14:30 West Ham v Leeds
15:00 Brighton v Southampton
17:00 Man City v Chelsea