Bil-kampjonat tas-Serie A mirbuħ minn Napoli, l-attenzjoni hi fuq il-ġlieda għall-postitjiet fl-Ewropa kif ukoll il-ġlieda kontra r-relegazzjoni.
Sampdoria, li llejla jkunu f’San Siro kontra Milan huma diġa’ relegati għas-Serie B staġun ieħor, filwaqt li Cremonese għadhom m’humiex matematikament kundannati iżda jrid ikun miraklu sportiv biex huma jsalvaw.
Għall-aħħar tim li jrid ikun relegat hemm ġlieda nteressanti bejn Hellas Verona, Spezia u Lecce, fejn dawn jinsabu fi spazju ta’ żewġ punti u għada fil-logħba ta’ kmieni wara nofsinhar hemm il-konfront dirett bejn Lecce u Spezia.
Lecca għandhom żewġ punti vantaġġ fuq Spezia, b’dawn tal-aħħar jiksbu tliet punti prezzjużi fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Milan.
Hellas Verona jippruvaw japprofittaw minn dan il-konfront dirett, anki jekk l-impenn tagħhom illum hu wieħed diffiċli kontra Atalanta, tim li għandu bżonn il-punti biex jibqa’ jittama fl-Ewropa.
Fil-logħbiet l-oħra tispikka l-logħba bejn iċ-champions il-ġodda Napoli u Inter li fost il-ġimgħa eliminaw lil Milan biex issa jiltaqgħu kontra Manchester City fil-finali tal-UEFA Champions League f’Istanbul.
Intant ilbieraħ kien hemm logħba waħda mis-36 ġurnata fejn Monza komplew bis-serje pożittiva tagħhom meta għelbu lil Sassuolo 2-1 barra minn darhom wara li kien Berardi minn penalty li fetaħ l-iskor.
Ciurria kiseb id-draw mas-siegħa logħob u Sassuolo kellhom lil Tressoldi mkeċċi ftit wara.
Il-gowl rebbieħ wasal fit-92 minuta permezz tal-captain Pessina.
Ilbieraħ
Sassuolo 1-2 Monza
Illum
15:00 Cremonese v Bologna
18:00 Atalanta v Verona
20:45 Milan v Sampdoria
Għada
12:30 Lecce v Spezia
15:00 Troino v Fiorentina
18:00 Napoli v Inter
20:45 Udinese v Lazio
It-Tnejn
18:30 Roma v Salernitana
20:45 Empoli v Juventus