Fl-aħħar jiem ġie magħruf li sit ODZ ieħor se jkun qed jingħata għall-iżvilupp bil-possibiltà li firxa ta’ għelieqi se jkomplu jinqerdu.
Dan ikkonfermawh l-ADPD waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fin-Nigret, iż-Żurrieq fejn iktar raba’ se tingħat għall-iżvilupp.
Intqal kif qerda ta’ dan it-tip qed isir f’kull lokalità madwar pajjiżna, b’diversi siti ODZ li qed jingħataw għall-bini qisu xejn m’hu xejn.
In-Nigret qed taffaċja l-qerda ta’ art agrikola ta’ kważi 15,000 metru kwadru, b’żewġ applikazzjonijiet maġenb xulxin – waħda approvata is-sena l-oħra u oħra ġiet rakkomadata għall-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar. Din l-art tinsab f’żona rurali, f’tarf ta’ raħal bi djar ta’ żewġ sulari. Jekk l-iżvilupp propost għal hawn jiġi approvat, dan ifisser li jkun hemm ħames sulari ta’ żvilupp massiv li jidfen lir-residenzi tal-madwar u jeqred iktar raba’ darba għal dejjem.
Komplew li huwa inutli li l-Gvern jiftaħar li se jonfoq il-flus fi tħaddir taz-zoni urbani jekk fl-istess nifs iħalli it-tkomplija ta’ sfreġju u qerda ambjentali bħalma qegħdin jifaċċjaw dawn l-għelieqi fin-Nigret.
//= $special ?>