Lokali Saħħa

Taħt il-Gvern ta’ Abela Malta bl-inqas aċċess ta’ mediċini ġodda fl-Unjoni Ewropea

Rapport ippubblikat f’Jannar mill-Federazzjoni Ewropea għall-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet tal-Farmaċewtika wera iswed fuq l-abjad li bejn l-2018 u l-2021 il-Gvernijiet ta’ Joseph Muscat u Robert Abela niżżlu lill-pajjiżna kienet l-inqas stat membru fl-Unjoni Ewropea li kellha aċċess għal mediċini ġodda approvati mill-Unjoni.

Ir-rapport wera li minn 168 mediċina ġdida, Malta kellha biss aċċess għal 10 fis-settur pubbliku filwaqt li 24 setgħu jinxtraw mill-ispiżeriji madwar il-pajjiż – jiġifieri trid tħallas għalihom.

Dan ifisser li 70% tal-mediċini li ġew studjati lanqas biss ġew ikkunsidrati li jidħlu fis-settur tas-saħħa ta’ Malta.

Il-Ġimgħa waranofsinhar mistieden waqt il-programm Net Live id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo flimkien mad-Deputat Claudette Buttigieg spjega li mid-diskors li jingħad mill-esponenti Laburisti fosthom Chris Fearne u Clyde Caruana – il-Ministri tas-Saħħa u Finanzi, pretenda li se jsib lill-pajjiżna minn ta’ quddiem…però dan ma kienx il-każ.

Huwa insista li dawn huma mediċini li jistgħu jwasslu għal pazjenti sabiex ikollhom trattament aħjar u li konsegwenza tagħhom jsofru minn inqas kumplikazzjonijiet, b’mediċina aħjar.

Huma saħqu li l-Gvern ta’ Abela qiegħed ifalli bil-kbir fis-settur tas-saħħa bi Claudette Buttigieg tinsisti li l-miljuni ta’ ewro mgħotija lil Steward Healthcare fl-aħħar budget setgħu faċilment marru għal mediċni li tant għandhom bżonn diversi Maltin u Għawdxin.

Dan hekk kif insistiet li sa ftit tax-xhur ilu, Robert Abela u sħabu għażlu li jagħtu €80 miljun minn flus il-poplu lil ta’ Steward minkejja l-appelli tal-Partit Nazzjonalista u minkejja li Abela nnifsu, skont l-Awditur Ġenerali, kien ilu konxju li l-kuntratt tat-tlett sptarijiet kien wieħed frawdolenti ta’ mill-inqas 3 snin.

Claudette Buttigieg saħqet li l-unika żewġ pajjiżi li marru agħar mit-tmexxija Laburista kienu l-Albanija u t-Turkija. Dan ifisser li l-Iżlanda, b’popolazzjoni inqas minn Malta, għandhom aktar aċċess għal mediċini ġodda – bil-Gvern ta’ Abela minflok jonfoq flus il-poplu fuq dak li verament hemm bżonn kompla jimpala l-flus f’deals frawdolenti.