L-Ukrena Anhelina Kalinina u t-tennista mill-Kazakhstan Elena Rybakina huma l-finalisti tal-Open tal-Italja wara li fis semi finali eliminaw lil Veronika Kudermetova u lil Jelena Ostapenko rispettivament.
Kalinina għelbet lil Veronika Kudermetova fi tliet sets kumbattuti. Għal Kalinina din ir-rebħa kellha wkoll sinifikat politiku, rebħa li waslet kontra avversarja Russa. Kalinina rebħet l-ewwel set 7-5, set li ħa ‘l fuq minn siegħa. It-tieni set kien ukoll wieħed mill-iktar kumbattut fejn Kudermetova rebħet dan it-tieni set 7-5 f’55 minuta. Fit-tielet set deċiżiv Kalinina ddominat u rebħet 6-2 biex għaddiet għall-finali.
L-avversarja ta’ Kalinina se tkun it-tennista mill-Kazakhstan Elena Rybakina li fis-semi finali l-oħra għelbet lil dik mill-Latvja Jelena Ostapenko 6-2 6-4.
Il-finali bejn Anhelina Kalinina u Elena Rybakina tintlagħab illum fis-7pm

Intant illum jintlagħbu ż-żewġ semifinali tal-kompetizzjoni tal-irġiel fejn fl-ewwel semifinali d-Daniż Holger Rune jiltaqa’ kontra n-Norveġiż Casper Ruud u fit-tieni semifinali r-Russu Daniil Medvedev jilgħab kontra l-Grieg Stefanos Tsitsipas.
//= $special ?>