Lokali

Tittieħed l-Isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi

Mara ta’ 42 sena residenti n-Naxxar qed issofri minn xi ġrieħi wara ħabta bejn żewġ karozzi li seħħet fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta għall-ħabta tal-11am.

Il-mara kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena min-Naxxar ukoll. Fil-karozza l-oħra kien hemm sewwieq ta’ 28 sena mill-Mosta.

Fil-post issejħet ambulanza li wara li tat lill-vittma l-ewwel għajnuna, ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi ħfief.