Lokali

24 persuna jinqabdu li qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari wara aktar spezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari

Il-Ħadd filgħodu, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru fl-inħawi tal-Ħamrun u Ħal Qormi, fejn instabu 24 persuna jgħixu b’mod irregolari.

Dawn il-persuni, li ġejjin mis-Senegal, mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Mali, mill-Kosta tal-Ivorju, minn Benin, mill-Guinea, min-Niġerja, mill-Etjopja u mis-Somalja, ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.