L-Amerikan Brandon McNulty rebaħ l-ewwel tappa fil-karriera tiegħu meta rebaħ il-15-il tappa tal-Giro filwaqt li Bruno Armirail żamm il-flokk roża ta’ leader tal-Giro.
McNulty għeleb lil Ben Healy u Marco Frigo fi tmiem eċċitanti ta’ din it-tappa li kienet minn Seregno sa Bergamo fuq distanza ta’ 195km. Dawn it-tliet ċiklisti kienu parti minn grupp kbir li fetħu attakk fil-bidu tat-tappa fejn fetħu wkoll vantaġġ sostanzjali fuq il-kumplament tal-grupp.
Geraint Thomas daħal l-ewwel fil-grupp ta’ insegwituri b’distakk ta’ iktar minn seba’ minuti, iżda xorta waħda seraq 33 sekonda mil-leader Armirail. Armirail issa għandu vantaġġ ta’ minuta u tmien sekondi fuq Thomas.
It-tnejn tkun it-tieni u l-aħħar ġurnata ta’ mistrieħ tal-Giro qabel l-aħħar stadji diffiċli fuq id-Dolomiti li jtemmu dan il-Giro, bit-tmiem ikun il-Ħadd li ġej f’Ruma.
//= $special ?>