Sport Sport Ieħor

Hockey: Qormi Daikin b’impenn fil-Euro Hockey Challenge Division 3 f’Ġibiltà

Ir-rebbieħa tal-Kampjonat Nazzjonali tal-hockey, Qormi Daikin matul din il-ġimgħa se jkunu mpenjati fil-Euro Hockey Challenge Division 3 li se jsir f’Ġibiltà.

It-tim immexxi minn Andre Ghio tela’ biex jilgħab f’Pool A kontra Eagles Hockey Club ta’ Ġibiltà, Valhalla Landhockey Club tal-Iżvezja u FHC Akademik Plus Sofia tal-Bulgarija.

Qormi jiddebuttaw fil-Euro Hockey Challenge nhar il-Ħamis 25 ta’ Mejju kontra Eagles HC sabiex l-għada jilagħbu kontra Valhalla tal-Iżvezja.

Fis-27 ta’ Mejju jilagħbu kontra Akademik Plus Sofia għall-aħħar partita tal-grupp bit-tama li jiksbu pożizzjoni tajba sabiex l-għada, fil-ġurnata finali jilagħbu l-partita għar-ranking.

Is-sena li għaddiet, Qormi Daikin kienu kisbu l-promozzjoni għat-tieni diviżjoni tal-istess kompetizzjoni, fejn GREE Sliema Hotsticks se jkunu qed jilagħbu f’din il-kategorija f’ tournament ieħor li se jsir fit-Turkija.