Lokali

Il-PN ikompli jżid l-appoġġ; survey ġdid jindika distakk ta’ 15,600 vot

Survey ieħor maħruġ mill-MaltaToday juri li l-Partit Nazzjonalista kompla jżid fl-appoġġ popolari.

L-istħarriġ, illi sar bejn l-10 u d-19 ta’ Mejju, jindika li l-Partit Nazzjonalista għandu l-appoġġ ta’ 28.7 fil-mija tal-elettorat, filwaqt li l-Partit Laburista għandu 33.1 fil-mija. Biex b’hekk iż-żewġ partiti żiedu meta mqabbel mal-aħħar survey li sar minn din il-gazzetta xahrejn ilu.

Id-data miġbura tindika li d-distakk bejn iż-żewġ partiti mill-elezzjoni ‘l hawn niżel għal 15,624 vot.

Fil-faxxa ta’ dawk li ħadu edukazzjoni Terzjarja, il-Partit Nazzjonalista għandu l-akbar appoġġ. Kif għandu fil-faxxa ta’ dawk ‘il fuq minn 65 sena.