Filippin ta’ 37 sena residenti l-Pietà qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq e-kick scooter.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-9:30 fi Triq il-Kukkanja, Santa Venera.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel Filippin ta’ 37 sena waqa’ waqt li kien qed isuq l-e-kick scooter.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>