Kacey Sciberras hija t-tfalja li sfortunatament tilfet ħajjitha dalgħodu fl-inċident li seħħ fis-Central Link.
F’post fuq facebook, il-Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri ta’ San Pawl il-Baħar kiteb li tilef wieħed minn uliedu jekk kif Kacey kienet membru attiv fil-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin.
Il-Kumitat ta l-kondoljanzi lill-familja tat-tfajla.
Is-sewwieq li kien involut f’dan l-inċident huwa wkoll membru fil-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin.
Kacey kienet studenta l-ITS kif ukoll kienet membru tal-Kunsill tal-Istudenti, fejn propju f’post fuq il-media soċjali, l-Istitut sellem il-memorja ta’ Kacey filwaqt li kiteb li t-tfajla ħalliet impatt fuq il-ħajja ta’ dawk kollha li kienu jafuha hekk kif kienet persuna b’qalb tad-deheb li kienet tifhem u tgħin lil kulħadd.
Ma naqsux ukoll numru kbir ta’ kummenti mill-ħbieb ta’ Kacey fejn kollha ddeskirvew lil din it-tfalja bħala persuna b’qalb kbira u li dejjem kont taraha bi tbissima fuq wiċċha.
//= $special ?>