Fil-ġurnata tal-preżentazzjoni tas-seba’ Premier League, kemm ilu jissejjaħ hekk il-kampjonat Ingliż, Manchester City mmexxija minn Pep Guardiola għelbu lil Chelsea 1-0 bil-gowl wasal fit-12-il minuta mill-internazzjonali Arġentin Julian Alvarez.
Is-Citizens b’kollox rebħu 9 kampjonati fl-istorja tagħhom hekk kif kienu rebħu wkoll l-kampjonat tal-ogħla diviżoni fl-1936-37 u fl-1967-68 meta dak iż-żmien kien għadu magħruf bħala l-First Division.
Chelsea kellhom aktar azzjonijiet perikolużu matul il-kors tal-partita, iżda d-difiża tas-Citezens għarfet iżżomm soda u tiddefendi l-uniku gowl skorjat sa tmiem il-konfront.
F’partiti oħra Brighton irnexxielhom jikkwalifikaw għall-ewwel darba fl-istorja għall-kompetizzjoni Ewropea wara li fl-Amex Stadium għelbu lit-tim relegat Southampton 3-1. Il-gowls ta’ Brighton waslu minn doppjetta ta’ Evan Ferguson u gowl ta’ Pascal Gross filwaqt li għal Southampton skorja Mohamed Elyounoussi
Fil-London Stadium West Ham tefgħu lil Leeds United f’aktar inkwiet hekk kif għelbuhom 3-1. Declan Rice, Jarrod Bowen u Manuel Lanzini skorjaw għall-Hammers filwaqt li l-uniku gowl ta’ Leeds wasal minn Rodrigo.
//= $special ?>