Elena Rybakina rebħet l-Open tal-Italja meta l-avvarsarja tagħha Anhelina Kalinina kellha tirtira minħabba problemi fiżiċi fil-bidu tat-tieni set.
Kienet finali mtappna mill-maltemp li ħakem lill-kapitali Taljana matul din il-ġimgħa, u sfortunatament il-finali kellha tintemm ħesrem fil-bidu tat-tieni set meta Kalinina sejħet għall-intervent tat-tobba minħabba problemi f’kuxxtejha tax-xellug.
Il-finali bdiet fil-11 ta’ bil-lejl wara li t-tieni semifinali tal-irġiel bejn Medvedev u Tsitsipas twaqqfet diversi drabi minħabba x-xita. Rybakina rebħet l-ewwel set 6-4 u kienet fil-vantaġġ 1-0 fit-tieni set meta Kalinina kellha ċċedi biex Rybakina rebħet it-tieni titlu tagħha WTA din is-sena wara s-suċċess li kellha f’Indian Wells.
//= $special ?>