L-Iskoċċiż Andy Murray, rebbieħ ta’ tliet titli Grand Slam, ħabbar li mhux se jieħu sehem fl-ewwel turnament Grand Slam ta’ din is-sena, l-Open ta’ Pariġi, turnament li se jibda nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju.
Jidher li Murray se jaqbeż dan it-turnament biex jikkonċentra l-iktar fuq it-turnament ta’ Wimbledon. Murray kien tilef il-finali f’Pariġi fl-2016 kontra Novak Djokovic u wasal sas-semifinali ta’ dan it-turnament f’erba’ okkażjonijiet oħra.
L-iritrar ta’ Andy Murray mit-turnament li jintlagħab fir-Roland Garros hi t-tieni nuqqas importanti din is-sena wara li iktar kmieni din il-ġimgħa l-14-il darba rebbieħ tat-turnament Rafael Nadal ukoll ħabbar li mhux se jkun qed jieħu sehem.
//= $special ?>