Tifla ta’ 9 snin weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Santa Luċija.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-6:45 fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li t-tifla ntlaqtet minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn aktar tard ambulanza ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard hija ġiet ċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>