Tal-aqnas tnax-il persuna mietu wara li sfaw mgħafġa fi Stadium tal-futbol, fil-Belt Kapitali ta’ El Salvador, San Salvador. Din l-aħbar kienet ikkonfermata minn uffiċjali lokali, hekk kif dan l-inċident traġiku seħħ waqt partita bejn Alianza u Santa Ana f’Cuscatlán Stadium.
Sussegwentement il-partita ġiet sospiża. Il-President f’El Salvador, Nayib Bukele iddeskriva l-avveniment bħala “bla preċedent”, u qal li se titnieda “investigazzjoni eżawrjenti”.
Skont l-ewwel rapporti, il-Pulizija lokali qalet li fost il-mejta kien hemm seba’ rġiel u żewġ nisa, bil-vittmi kollha għandhom aktar minn 18-il sena.
Jingħad li dan id-diżastru kien kaġun ta’ numru kbir ta’ partitarji li ppruvaw jidħlu fl-Istadium sabiex isegwu din il-partita, wara li l-gradi li jagħtu aċċess għad-dħul fl-Istadium kienu ngħalqu.
Uffiċjali f’El Salvador jemmnu li nbiegħu biljetti foloz u dwar dan kienet għaddejja investigazzjoni. L-ewwel filmati li bdew jiċċirkolaw wara li seħħet din it-traġedja, juru partitarji qed jippruvaw iwaqqgħu l-barrikati fid-daħla tal-istadium.
//= $special ?>