‘Walk of Warriors’ – mixja sabiex ikun hawn aktar għarfien dwar il-mard infjammatorju tal-imsaren jew IBD. Dan hekk kif fid-19 ta’ Mejju li għadda ġie ċċelebrat il-Jum Dinji tal-IBD.
Din kienet l-ewwel attività għal din is-sena organizzata mill-Malta Association for Crohn’s and Colitis minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19. Il-mixja bdiet quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta u mxiet tul Triq il-Repubblika u Stada Merkanti.
Madwar id-dinja kollha ‘il fuq minn 5 miljun persuna jbatu minn dan il-mard kroniku, b’numri ogħla fl-Ewropa u l-Amerka ta’ Fuq. S’issa m’hemm l-ebda kura magħrufa għall-marda, għalkemm bosta riċerkaturi qed jaħdmu biex isibu kura s-sena kollha.
Barra minn hekk, s’issa m’hemmx raġuni magħrufa ta’ kif tibda l-marda. Din l-assoċjazzjoni saħqet li huwa ferm importanti li jkun hawn aktar għarfien dwar l-IBD kemm għal pazjenti kif ukoll għall-pubbliku. Dan għaliex ftit hemm għarfien mill-pubbliku dwar l-uġigħ u t-tbatija kronika li l-pazjenti tal-IBD jaffrontaw b’kuraġġ f’kull ġurnata ta’ ħajjithom.
Għal uħud li jesperjenzaw infjamazzjoni severa ta’ kuljum, huwa diffiċli għalihom li jkunu attivi fid-dinja tax-xogħol u sfortunatament hemm ftit għajnuna finanzjarja peress li l-marda mhix magħrufa bħala diżabbilta.
Preżenti għal din il-mixja kien hemm id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Graziella Galea.
//= $special ?>