Lokali Parlament

Il-gvern mhux jinforza l-liġi dwar il-kannabis; hawn abbużi kullimkien

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li minkejja d-dikjarazzjonijiet li kien għamel, fil-verità l-gvern mhux jinforza l-liġi dwar il-kannabis.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li issa l-pajjiż qed iħoss il-konsegwenzi tal-liġi u l-implikazzjonijiet tal-legalizzazzjoni tal-kannabis fosthom b’użu mifrux f’postijiet pubbliċi. Hi kompliet li persuni qed ipejpu l-kannabis f’postjiet fejn ipejpu s-sigaretti għax m’hemmx infurzar tal-liġi.

Claudette Buttigieg qalet li l-gvern m’għandux interess li jwettaq il-liġijiet li jgħaddu mill-parlament u sostniet li minkejja li kulħadd ixomm il-kannabis kullimkien, ħadd mhu jinqabad.

Il-kannabis ġiet normalizzata għax dik kienet l-intenzjoni għaliex warajha kien hemm il-voti. Il-PN qatt ma qal li min jinqabad b’joint għandu jmur il-ħabs, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li spjega kif anki fi Triq il-Merkanti fil-Belt in-nies qed ipejpu l-kannabis.

Il-pulizija m’humiex jieħu passi, sosntiet Claudette Buttigieg, li qal li l-gvern mhux iwettaq riċerka mal-esperti qabel jgħaddi l-liġijiet. L-esperti issa qed isostnu li fid-djar qed isir tipjip tal-kannabis quddiem it-tfal.

Hi sostniet li issa qed jidiedu t-traffikanti anki fost dawk li jkabbru l-kannabis fid-djar.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern qed jinganna lin-nies fuq il-kannabis fejn il-ġenituri qed iħossuhom bla saħħa quddiem din is-sitwazzjoni. Hi sostniet li l-gvern lanqas kien tkellem dar x’tip ta’ pjanti huma li jistgħu jitkabbru minħabba qawwa differenti.